Bernard Grech m’hemmx bżonn jibqa’ kwarantina

Sarah Cassar Dymond

Il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista DrBernard Grech reġa’ rriżulta negattiv għall-coronavirus.

Fi stqarrija Dr Grech qal li dalgħodu għamel test ieħor għall-coronavirus u li reġa’ rriżulta negattiv. Dan kien it-tieni test negattiv li għamel Grech wara test ieħor li sarlu nhar l-Erbgħa li għadda u wara li kien iżolat b’mod prekawzjonali.

Fuq parir tal-professjonisti mediċi li qed jassistuh, Bernard Grech qal li issa jista’ jkompli bil-kampanja elettorali għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN.

Intant il-mara ta’ Grech, Annemarie, għadha fi kwarantina u tinsab fi stat tajjeb ta’
saħħa.