Bernard Grech jiltaqa’ mal-eks kapijiet tal-PN

Il-Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista dalgħodu ltaqa’ mal-eks kapijiet tal-PN.

Il-Partit Nazzjonalista qal li Grech għamel żjara ta’ kortesija lill-eks Kap tal-PN Eddie Fenech Adami, kellu laqgħa mal-eks Kap tal-PN Lawrence Gonzi u laqgħa oħra online mal-eks Kap tal-PN Simon Busuttil, li joqgħod Brussell.

Bħal-lum ġimgħa ilu, Bernard Grech inħatar Kap tal-Oppożizzjoni wara li rebaħ l-elezzjoni kontra l-kap preċedenti Adrian Delia.