Bernard Grech fi kwarantina mandatorja

bernard grech annemarie grech
Facebook / Bernard Grech

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jinsab fi kwarantina mandatorja sal-1 ta’ Jannar.

Dan minħabba li ġew infurmati li studenta u LSE fl-iskola li fiha tgħallem il-mara ta’ Grech, rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

F’kitba fuq Facebook il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li minħabba f’hekk, fuq struzzjonijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, hu u l-mara tiegħu Ann Marie se jkunu qegħdin jagħmlu kwarantina mandatorja sal-Ġimgħa 1 ta’ Jannar.

Żied li minħabba f’dan, il-preżenza fiżika tagħhom f’dawn il-jiem se tkun sospiża iżda se tkompli b’mod virtwali.

Huwa appella lil kulħadd biex ikompli jsegwi d-direttivi tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, b’mod speċjali f’dawn iż-żminijiet ta’ festi. Kompla li tajjeb li wieħed jibqa’ f’kuntatt mal-għeżież tiegħu u kulħadd jibża’ għal xulxin.

Ġejna nfurmati li studenta u LSE fl-iskola li fiha tgħallem il-mara tiegħi AnneMarie rriżultaw pożittivi għall-Covid-19….

Posted by Bernard Grech on Thursday, 24 December 2020

F’Settembru li għadda Ann Marie, il-mara tal-Kap tal-Oppożizzjoni kienet pożittiva għall-Covid-19.