Berlusconi jixtri lil Monza li jilagħbu fis-Serie C

Skont Il Corriere della Sera, l-eks Prim Ministru tal-Italja u sid ta’ AC Milan Silvio Berlusconi xtara 95 fil-mija ta’ S.S. Monza. Berlusconi, li għandu 81 sena, biegħ lir-Rossoneri f’April 2017 wara li l-investimenti tiegħu ġabu perjodu mimli unuri fl-istorja tal-klabb. Is-suċċessi domestiċi u internazzjonali fit-tmiem tas-snin 80 u fil-bidu tas-snin 90 ma’ AC Milan għenu lis-sid ta’ Fininvest jikseb popolarità fil-kamp politiku. 

Għal darb’oħra Berlusconi ser ikun mgħejjun minn Adriano Galliani li huwa mistenni li jinħatar bħala CEO ta’ Monza. Il-president tal-klabb Nicola Colombo stqarr li l-wasla ta’ Berlusconi tfisser li Monza jistgħu joħolmu fi promozzjoni għas-Serie A.