Berlusconi jispiċċa l-isptar

REUTERS/Remo Casilli

L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi ttieħed l-isptar ta’ San Raffaele f’Milan hekk kif sofra uġiegħ f’żaqqu.

Sors li tkellem mal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters ikkonferma dan mal-istess aġenzija, mingħajr ma ta iktar dettalji dwar il-kundizzjoni ta’ Berlusconi li issa għandu 82 sena.

Kelliema għall-partit Forza Italia qalet li huwa ttieħed l-isptar iżda xorta kien għadu pjanat li jattendi għall-attività politika mal-kandidati tal-partit għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, ladarba jsiru t-testijiet meħtieġa. Huwa qed sofra uġiegħ relatat mal-ġebla fil-kliewi.

L-isptar San Raffaele hi l-istess sptar fejn Berlusconi kellu operazzjoni f’qalbu f’Ġunju 2016.

L-eks prim ministru Taljan bħalissa għandu l-klabb tal-football Monza li jinsab fis-Serie C tal-Italja.