Berlusconi jirbaħ l-appell li ħallas għas-sess

L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi rebaħ l-appell kontra s-sentenza li kien ingħata fil-każ magħruf bħala Bunga Bunga.
Berlusconi kien instab ħati li ħallas għas-sess lil Karima El-Mahroug, meta kellha 17-il sena.
Huwa kien ingħata s-sentenza ta’ seba’ snin priġunerija iżda din twarrbet mill-Qorti tal-Appell f’Milan.
Silvio Berlusconi, li fil-preżent għandu 77 sena, qed jagħmel xogħol fil-komunità fuq każ separat fejn evada t-taxxa.