Berlusconi jhedded li se jwaqqa’ il-Gvern Taljan

Il-Partit tal-Eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi qed jhedded li jekk jitkeċċa mill-Parlament Taljan minħabba akkużi fuq frodi, hu se jaħdem biex iwaqqa’ il-Gvern Taljan.

Ir-relazzjoni preżenti bejn il-Partit ta’ Berlusconi u l-Prim Ministru Preżenti, Enrico Letta hija waħda mimlija tensjoni dan hekk kif is-senat dalwaqt irid jiddeċiedi jekk ikeċċix il-biljunarju mill-Parlament Taljan.

Uffiċċjali għolja fi ħdan il-Partit Demokratiku ta’ Letta qed jakkużaw il-Partit tal-Libertà b’theddid. Intant, Letta qed jipprova jmexxi riformi biex jiġġieled ir-rekord ta’ qgħad li hemm fil-pajjiż.