Berlusconi bit-tfajliet f’riklam kontroversjali

Riklami ta’ karozza ġdida tal-Ford fl-Indja spiċċaw taħt kritika qawwija, wara li l-kumpanija ta’ riklamar mqabbda mill-Ford ħarġet riklami kontroversjali.

Ir-riklami juru tliet nisa marbutin fil-bagoll tal-karozza, bl-ex Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi warajhom bi tbissima.

Ir-riklam ried juri li l-bagoll tal-karozza huwa kbir, madankollu dan qajjem kontroversja sħiħa, bil-kritika tasal l-aktar minn gruppi li jaqbżu għad-drittijiet tan-nisa.

Ironikament, dawn ir-riklami kontroversjali ta’ nisa marbutin saru fl-istess pajjiż fejn ixxukjat id-dinja b’diversi każi ta’ gang-rapes.