Berlusconi akkużat li qed jixtri l-voti

Ir-rivali ta’ Silvio Berlusconi qed jakkużawh li qed jipprova jixtri l-voti billi jibgħat ittri personali li fihom qed iwiegħed li tingħata lura t-taxxa.

Il-mexxej ċentru-xellugi Pier Luigi Bersani qed jgħid li dan huwa qerq, filwaqt li mexxeja ta’ partit iżgħar qed jakkużaw lil Berlusconi b’att kriminali.

L-ittri inbgħatu f’zoni Taljani fejn in-nies ma jafux lil min se jivvutaw.