Berġa tas-saħħa ġdida f’Għawdex

Illum sar il-ftuħ uffiċjali ta’ berġa ġdida fix-Xewkija li se tkun li preżenti għall-ftuħ kien hemm id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.
Fi stqarrija mill-Ministeru għal Għawdex intqal kif din il-klinika kien ilu żmien jinħass il-ħtieġa tagħha hekk kif il-post li qabel kien qed jintuża bħala berġa, kien post antik u mhux aċċessibbli.
Il-berġa se tkun qed toffri servizz ta’ GP u qed toffri wkoll servizzi ġodda ta’ diskors u lingwa, kif ukoll nutrizzjoni.
Il-berġa tax-Xewkija se tkun qed isservi wkoll bħala bank tad-demm f’Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex stqarret li wara tant snin ta’ stennija, il-poplu tax-Xewkija għandu klinika li verament tixraq.
Spjegat li dan minħabba li s-servizz li kien jingħata qabel, kien minn post li mhux adegwat u lanqas huwa aċċessibbli u allura ma kienx jaqdi l-bżonnijet tal-poplu tax-Xewkija.
Ritratt: MGOZ – Terry Camilleri