Beppe Fenech Adami mill-ġdid fir-Renju Unit għall-kura

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami għal darb’ oħra jinsab fir-Renju Unit biex jirċievi kura medika.
Hu mistenni jagħmel madwar sitt ġimgħat. Fenech Adami kellu jitla’ r-Renju Unit l-ewwel darba wara li nstab li kellu tumur ta’ 15-il ċentimetru fi spalltu.
Iben l-eks President u Prim Ministru ta’ Malta Eddie Fenech Adami, għandu 45 sena u sar jaf li qed ibati minn tumur fi spalltu l-leminija wara li madwar erba’ xhur ilu ħass uġigħ fil-muskoli.
Dr Beppe Fenech Adami jirringrazzja lil dawk kollha li jagħtuh il-kuraġġ biex jibqa’ pożittiv f’dan il-mument diffiċli.
Mal-midja, Dr Fenech Adami qal li m’għandu l-ebda ħsieb li jwarrab mill-kariga li qed jokkupa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, iżda hi din il-passjoni li tagħtih il-kuraġġ u s-saħħa f’dan il-mument.