Beppe Fenech Adami jtemm 25 sessjoni ta’ terapija

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, dalgħodu temm il-25 u l-aħħar sessjoni ta’ terapija f’Londra fir-Renju Unit.
Fenech Adami, li għandu 45 sena, sar jaf li għandu tumur ta' 15-il ċentimetru fi spalltu l-leminija wara li erba’ xhur qabel ħass uġigħ fil-muskoli.
Iben l-eks President u l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami qal li jinsab tajjeb u li se jirritorna nhar il-Ħadd li ġej, għal ftit ġimgħat. F’Ottubru, jerġa’ jitla’ Londra biex ikompli b’aktar kura.
Huwa rringrazzja lil kull min kien u għadu qrib tiegħu f’dan “l-akbar mument ta’ prova.”  Żied jgħid li “l-ħajja sabiha wisq.”