Beppe Fenech Adami jingħata l-kura medika barra minn Malta

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami jinsab imsiefer fejn qed jingħata kura medika.
Kien il-Partit Nazzjonalista li fi stqarrija qal li l-Viċi Kap se jkun indispost fil-ġranet li ġejjin.
Filwaqt li awgura fejqan ta’ malajr lil Beppe Fenech Adami, il-Partit Nazzjonalista appella sabiex tiġi rrispettata l-privatezza tal-familja Fenech Adami.
L-Ispeaker Anglu Farrugia fi stqarrija awgura fejqan ta’ malajr lil Beppe Fenech Adami.
L-Ispeaker wassal ukoll l-appoġġ u s-solidarjetà lil Fenech Adami u l-familja kollha tiegħu. 
Il-Partit Laburista wkoll wassal l-awguri sabiex Beppe Fenech Adami, wara li jagħmel il-perjodu ta' konvalixxenza, ikun jista' jkompli bix-xogħol tiegħu ta' kuljum.