Benzema viċin Arsenal

Skont il-ġurnal The Express, l-attakkant Franċiż ta’ Real Madrid Karim Benzema ser jingħaqad ma’ Arsenal fl-aħħar tal-istaġun. 
Jidher illi Benzema ma jinsabx daqshekk kuntent mal-Merengues speċjalment wara l-bidu xejn sabiħ illi kellhom. 
Arsenal kienu ilhom jiġru wara dan il-plejer u l-istess Benzema jidher illi għoġbitu din il-proposta iktar u iktar meta jingħaqad mal-kompatrijotti Alexandre Lacazette u Olivier Giroud. 
Il-plejer ta’ 29 sena ilu ma’ Real Madrid sa mis-sena 2009 meta ngħaqad magħhom mingħand Lyon. Huwa lagħab 378 darba bil-flokk abjad tal-Merengues u skorja 182 gowl.