Benzema u Bale ser jitilqu lil Real Madrid fl-aħħar tal-istaġun

Il-gazzetta Spanjola Mundo Deportivo żvelat illi ż-żewġ plejers ta’ Real Madrid Gareth Bale u Karim Benzema ġew mgħarrfa illi l-klabb mill-belt kapitali Spanjola lest illi jbigħhom lil xi tim ieħor fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Skont l-istess gazzetta, id-diriġenti Madrileni qed jaħsbu għall-plejers oħra li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għal Cristiano Ronaldo fl-attakk u qed jissemma’ ħafna l-Brażiljan Neymar illi bħalissa qed jilgħab ma’ PSG.
Min-naħa l-oħra Bale mistenni jingħaqad ma’ xi tim fil-Premier League Ingliż hekk kif msemmija għalih hemm Manchester United u l-eks klabb tiegħu Tottenham Hotspurs.
Karim Benzema qed jikkontempla illi jibda avventura fiċ-Ċina jew inkella jerġa’ jirritorna jilgħab f’pajjiżu.