Benzema se jingħaqad ma’ Ronaldo fis-Serie A?

Carlo Ancellotti, li ħa post Maurizio Sarri bħala kowċ ta’ Napoli, jinsab interessat fl-akkwist ta’ Karim Benzema.

L-attakkant Franċiż skurja 192 gowl f’413-il logħba minn meta ngħaqad ma’ Real Madrid mingħand Olympique Lyon fl-2009. Napoli qed jittamaw li jilħqu ftehim b’valur ta’ €45m fil-jiem li ġejjin sabiex isaħħu l-iskwadra tagħhom qabel il-bidu tal-istaġun li jmiss.

Benzema rebaħ 4 titli tal-UEFA Champions League mat-tim Spanjol u jekk t-trasferiment mal-akbar rivali ta’ Juventus iseħħ, jerġa’ jkollu ċ-ċans li jaħdem mal-eks kowċ ta’ Real Madrid Ancelotti.

Il-plejer ta’ 30 sena, li għandu kuntratt ma’ Real Madrid sa Ġunju 2021, skurja biss 12-il gowl u pprovda 11-il assist f’47 logħba matul l-istaġun l-għadda .