Bentancur fir-radar ta’ Real u Barca

Il-plejer Urugwajan ta’ Juventus Rodrigo Bentancur qed ikollu wirjiet tajbin fil-kampjonat wara dawn l-ewwel ġimgħat jilbes il-flokk iswed u abjad.
Skont is-sit calciomercato.it, Juventus għamlu skawting tajjeb sabiex waslu biex xtraw lil dan il-plejer mingħand BocaJuniors f’nofs dan is-sajf.
Real Madrid u Barcelona ġew irrappurtati illi ma insistewx biżżejjed sabiex jixtru lil dan il-plejer meta kienu qed isegwuh mill-qrib fl-Amerika t’Isfel
Skont is-sit fichajes.net, dawn iż-żewġ ġganti tal-futbol Spanjol qed jerġgħu jinteressaw ruħhom fil-midfielder ta’ 20 sena.
U huwa għalhekk illi d-diriġenti Juventini ser jagħmlu minn kollox sabiex iżommu lil dan it-talent żagħżugħ.