Benny Casha jitfakkar waqt programm speċjali

L-istorja ta’ Benny Casha li ħalliena fit-13 ta’ Frar li għadda fl-etá ta’ 48 sena b’attakk ta’ qalb se titwassal waqt l-edizzjoni li jmiss tal-programm Umani nhar it-Tnejn 28 ta’ Ottubru fis-7pm fuq TVM.

Benny ħalliena ħabta u sabta u warajh ħalla lil martu Angie, u lit-tlett uliedu, Mariah, Keith, u Luke.  Bosta atturi fosthom tal-Bronk Productions, jitkellemu dwar kif il-mewt tiegħu kienet ta’ xokk kbir. 

Benny u Angie Casha

Waqt dan il-programm jitkellmu nies qrib tiegħu fosthom familtu, u sħabu fosthom Tonio Vella magħruf bħala l-Majsi u Joseph Borg magħruf bħala Ġorġ tad-Downuts. 

Waqt Umani se joħrog il-fatt kemm Benny kien bniedem tal-familja, u li kien jara kif jagħmel biex familtu tkun miegħu f’kollox, għax hu kien jagħmel ħafna affarijiet, kien fin-negozju tal-ikel, fit-teatru, fil-bar tal-Bronk. Huwa kien jagħmel mitt elf ħaġa imma l-familja dejjem kien idaħħalha miegħu f’kollox biex iqatta’ l-ħin magħhom. 

Ftit minuti qabel miet kien għadu kif kellem lil martu Angie u lil sieħbu Tonio Vella l-Majsi….u kien qed jiċċajta magħhom kif kien iħobb jagħmel.

Umani għandu produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat.

AQRA: Kont il-magna tal-familja