Benna tipprepara għal Jum il-Ħalib

Milk

Il-kumpanija tal-prodotti tal-ħalib lokali, Benna, qed torganizza avveniment għal Jum il-Ħalib.
Dan l-avveniment qed isir bil-għan li jiżdied l-għarfien dwar in-nutrijenti benefiċċjali li jinsabu fil-ħalib. 
Dan se jsir għall-okkażżjoni tal-Jum Dinji tal-Ħalib, nhar il-Ġimgħa li ġej fil-Ġnien tal-Palazz tal-President, mill-10:00 am sal-11:00 am. 
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca se tkun qed tagħti premji lit-tfal mill-iskejjel primarji li rebħu il-kompetizzjoni tal-arti għal Jum Dinji tal-Ħalib.