Benna b’iktar prodotti ġodda

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=uKEUmk8Gykg]

Malta Dairy Products Ltd, produtturi tal-ħalib frisk Benna u ta’ prodotti oħrajn magħmulin mill-ħalib frisk, ħabbru firxa ta’ prodotti ġodda: ħalib frisk xkumat Bennalife u yogurts light Bennalife, bil-plant sterols miżjuda.
Il-prodotti ġodda Bennalife huma maħsubin speċifikament għal persuni li jixtiequ jnaqqsu l-livelli għolja ta’ kolesterol fid-demm.
Il-prodotti għandhom it-togħma u t-tjubija li wieħed isib fi prodotti friski tal-ħalib, u fihom ukoll il-plant sterols, ingredjent naturali li huwa ppruvat li jnaqqas il-kolesterol.
Din il-firxa ta’ prodotti tikkonsisti f’ħalib frisk xkumat f’kartuna ta’ 500ml, u yogurts light li jinbiegħu f’pakketti konvenjenti ta’ żewġ tazzi, fi tliet togħmiet differenti: Vanilla, Red Fruits u Apple.
Kull kartuna ħalib Bennalife fiha 2.3g plant sterols, filwaqt li kull yogurt fih 2.1g plant sterols.
B’hekk kull prodott jipprovdi d-doża rakkomandata ta’ plant sterols kuljum, li hija bejn 1.5g – 2.4g. Il-prodotti Bennalife, meta kkunsmati kuljum, jgħinu biex inaqqsu l-kolesterol tat-tip LDL b’ 7-10% fi żmien 2-3 ġimgħat. 
Il-prodotti Bennalife għandhom jiġu kkunsmati bħala parti minn dieta bilanċjata u eżerċizzju fiżiku sabiex wieħed iżomm il-livelli tal-kolesterol tat-tip LDL taħt kontroll.
Il-ħalib użat fil-produzzjoni tal-prodotti Bennalife huwa 100% ħalib frisk Malti, u b’hekk dawn il-prodotti ġodda huma uniċi f’pajjiżna.
Il-prodotti Bennalife issa huma disponibbli fil-ħwienet ewlenin kollha madwar Malta u Għawdex bi prezzijiet kompetittivi u konvenjenti ħafna, u jitqassmu friski ta’ kuljum.