Benjamin x’se jitlob lil Winnie?

Mil-lum jibdew l-aħħar 25 puntata biex tasal fi tmiemha l-istorja ta’ Ħbieb u Għedewwa lli qed tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315.

Turu għaliex jkun irrabjat bil-kbir mal-Minċott? Lil min se jċempel u jsejjaħ ħabib?

Benjamin jasal lura Malta. X’se jitlobha lil Winnie u hi se taċċetta jew le? X’se tgħidlu dwar it-tarbija li kienet qed tistenna?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.

Repetizzjoni tal-puntati ta’ wara nofsinhar jixxandru mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-10.15am.