Benjamin x’se jgħidilha lil Winnie?

Mil-lum tibda ġimgħa oħra ta’ episodji ta’ Ħbieb u Għedewwa fejn se naraw lil Dr Abela ikompli jispjega lil John dwar il-pjan li kellhom rigward is-San Luċjano Syndrome. X’se jgħidlu? U dwar il-finanzi x’jaħsbu?

Għaliex Winnie tinsab irrabjata bil-kbir għal ommha? Benjamin iċempel lil Winnie. Xi jrid jgħidilha? U Winnie taċċetta?

Ħbieb u Għedewwa tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More.

Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.