Benitez irid lil Wilshere f’nofs il-grawnd

Wara t-telfa ta’ 2-0 kontra Tottenham, il-kowċ ta’ Newcastle Rafa Benitez saħaq li hemm bżonn ta’ plejer sod f’nofs il-grawnd u għalhekk dar fuq id-diriġenti tiegħu sabiex ifittxu midfielder b’saħħtu.
Il-klabb xeħet għajnejh fuq il-plejer ta’ Arsenal Jack Wilshere li tħalla barra fir-rebħa li l-klabb tiegħu kiseb fuq Leicester City bl-iskor ta’ 4-3.
Bil-plejer jidher li mhux fil-pjanijiet tal-manager Arsene Wenger, Newcastle huma favoriti li jakkwistaw il-firma ta’ Wilshere li ilu mal-Gunners għal dawn l-aħħar għaxar snin.