Benitez irid lil Ramirez

Skont il-gazzetta Ingliża The Daily Mirror, il-kowċ ta’ Newcastle, Rafa Benitez kellem lid-diriġenti tal-klabb sabiex jippruvaw jiksbu l-firma tal-Ispanjol Sandro Ramirez.
Dan il-plejer sal-istaġun illi għadda kien jilgħab ma’ Malaga iżda fil-bidu ta’ dan l-istaġun inxtara minn Everton għalkemm ma tantx qed ikollu wirjiet tajbin magħhom.
B’dan kollu f’moħħhom id-diriġenti tal-Magpies lesti joffru s-somma ta’ €2.5 miljun sabiex jieħdu lill-plejer b’self sal-aħħar tal-istaġun, b’għażla illi jkunu jistgħu jixtruh matul l-istaġun illi ġej.
Ramirez għandu 22 sena u barra Malaga u Everton għamel perjodu jilgħab ma’ Barcelona.