Benitez fost il-kandidati biex isir kowċ ta’ Spanja

Il-kowċ ta’ Newcastle United Rafa Benitez jista’ jsir s-suċċessur ta’ Julen Lopetegui wara li dan tkeċċa qabel ma ­­Spanja bdew jikkompetu fit-Tazza tad-Dinja.

L-FA Spanjola għażlet lil Fernando Hierro bħala s-sostitut temporanju meta skoprew li Lopetegui kien inħatar bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Real Madrid. Spanjol fallew milli jaslu sal-kwarti tal-finali wara li tilfu kontra r-Russja fl-għoti tal-penalties.

Rafa Benitez huwa mogħni b’esperjenza vasta peress li kien kowċ ta’ uħud mill-aqwa klabbs fl-Ewropa u huwa kandidat serju għal dan l-irwol. Madanakollu għad fadallu sena fuq il-kuntratt attwali tiegħu u jixtieq jonoraha.

Kowċs oħra li qed jissemmew għall din il-kariga huma Roberto Martinez, li wassal lill-Belġju sas-semi finali tat-Tazza tad-Dinja, l-eks kowċ ta’ Barcelona Luis Enrique u Quique Sanchez Flores.

Miġjub lilek minn Hublot