Benigni għal Sanremo 2020

Sanremo ta’ Frar tas-sena d-dieħla se jkun wieħed speċjali għax jimamrja s-s70 edizzjoni tiegħu. Din mistennija tkun waħda mill-edizzjonijiet l-aktar speċjali u se jkun Amadeus li se jagħmilha bħala direttur artistiku.

S’issa ma hemmx wisq dettalji dwar min se jkunu l-kantanti l-kbar li se jieħdu sehem, għalkemm bosta huma xnigħat li fl-edizzjoni li jmiss se naraw artisti tassew kbar. Qed tissemma’ wkoll serata dedikata lis-snin imgħoddija ta’ dan il-festival.

Kurjuża hija l-aħbar dwar il-parteċipazzjoni tad-direttur Roberto Benigni (La Vita è Bella) fl-edizzjoni li jmiss. Filfatt kien proprju lbieraħ waqt il-programm Che Tempo Che Fa fuq l-istazzjon Taljan Rai Due li ħabbar li se jkun qiegħed jieħu sehem f’din l-edizzjoni.