Benevento jkeċċu lill-kowċ

Benevento kisru rekord negattiv hekk kif sofrew id-disa’ telfa konsekuttiva fis-Serie A meta ġew megħluba f’darhom minn Fiorentinabl-iskor ta’ 3-0.
Din it-telfa tħalli lil Benevento fl-aħħar post tal-klassifika mingħajr l-ebda punt u wasslet ukoll għat-tkeċċija tal-kowċ tagħhom Marco Baroni.
Skont Sky Sport, id-diriġenza tal-klabb trid lil Edy Reja, li għamel żmien imexxi wkoll lil Napoli, iżda dan m’aċċettax. L-alternattiva l-oħra tista’ tkun Roberto De Zerbi.