​Benefiċċji soċjali: Żieda fil-pensjonijiet; tnaqqis fl-għajnuna soċjali

Il-Gvern nefaq €8.5 miljun aktar fil-Pensjonijiet tal-Irtirar fl-ewwel kwart tal-2018 però kien hemm tnaqqis ta’ €1.1 fin-nefqa għall-assistenza soċjali meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2017.
Total ta’ €223.9 miljun intefqu fuq Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali bejn Jannar u Marzu tal-2018, jiġifieri żieda ta’ 7.4% fuq l-istess perjodu tal-2017.
Skont stħarriġ li sar mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) iż-żieda fin-nefqa ġiet irreġistrata taħt il-Benefiċċji Kontributorji (€10.4 miljun) u dawk Non-Kontributorji (€5 miljun).
Kien hemm ukoll żieda fl-In-Work Benefit (€0.5 miljun) u tal-allowance għat-tfal (€0.1 miljun).