Il-Vatikan jiċħad li l-Papa Benedittu huwa marid serjament

Aġġornat 09:40 PM
REUTERS/Alessandro Bianchi/File Photo

Read in English.

Il-Vatikan qal li l-Papa Emeritu Benedittu XVI mhuwiex marid serjament. Din l-istqarrija saret f’reazzjoni għal rapport li deher f’gazzetta Ġermaniża li kien qed jgħid bil-kontra ta’ dak li ħabbar il-Vatikan.

Il-gazzetta Passauer Neue Presse kkwotat il-bijografu tal-Papa Emeritu li qal li kien marid wara li rritorna l-Vatikan fi tmiem żjara fil-Ġermanja. Intqal li Benedittu XVI, li issa għandu 93 sena, sar dgħajjef u bilkemm jinstema’ meta jitkellem. Skont il-gazzetta, is-Sibt li għadda Benedittu XVI deher ottimist u qal li forsi jerġa’ jibda jikteb jekk jirkupra s-saħħa tiegħu.

Intant l-amministratur tal-paġna ta’ Facebook Benedict XVI – The Court of the Gentiles qalet li kkonfermat ma’ ġurnalist mill-Vatikan li Benedittu XVI ma kienx f’periklu ta’ mewt.

🚨🚨🚨 Admin got confirmation from an eminent Vatican journalist that Benedict's ailment is not life threatening as is…

Posted by Benedict XVI – The Court of the Gentiles on Monday, August 3, 2020

Il-Vatikan qal li Benedittu XVI kien qed jirkupra minn kundizzjoni li tweġġa’ imma li mhix serja.