Benedittu jgħid li ħajtu qed toqrob lejn tmiemha

F’ittra rari, il-Papa Emeritu Benedittu XVI qal li tmiem ħajtu jinsab fil-qrib hekk kif saħħtu marret lura.
L-ittra ta’ Benedittu, indirizzata lill-ġurnalist Taljan Massimo Franco, ġiet ippubblikata llum fil-ġurnal Corriere della Sera. Kiteb l-ittra bi tweġiba għal ħafna mistoqsijiet tal-qarrejja tal-ġurnal dwar kif jinsab, ħames snin wara li spiċċa minn Papa.
Huwa jiddeskrivi l-kurżità u t-tħassib tan-nies dwaru, bħala parti mill-imħabba li qed jesperjenza u qed iqishom bħala kumpanija fl-aħħar fażi ta’ ħajtu.
Din l-ittra, li ġiet ippubblikata fuq il-faċċata tal-gazzetta, inkitbet ukoll hekk kif dalwaqt jagħlaq ħames snin minn meta rriżenja, fil-11 ta’ Frar tal-2013. 
Aqra l-ittra sħiħa hawn.