Ritratti: Bendy Bus taqbad f’Ħal Qormi

Matul dan illejl Bendy Bus tal-Arriva nqerdet kompletament wara li għal xi raġuni mhux magħrufa ħadet in-nar għal ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu.

L-inċident seħħ f’Ħal Qormi qrib l-Uffiċċju tal-Maltapost.   Fuq il-karozza kien hemm biss ix-xufier.  

Ħadd ma jidher li weġġa’ fl-inċident.  In-nirien intfew mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

 

Ritratti: Philip Gatt fuq info@newsbook.com.mt