Bendy bus tal-Arriva tieħu n-nar fil-Mellieħa

F’temp ta’ inqas minn 24 siegħa, ħadet in-nar bendy-bus oħra tal-Arriva, din id-darba fil-Mellieħa tard ilbieraħ filgħaxija.

Il-każ seħħ hekk kif tal-linja kienet nieżla mill-Mellieħa fid-direzzjoni lejn l-Għadira.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, madanakollu l-parti ta’ wara tal-karozza, fejn hemm il-magna inqerdet għal kollox.

Dan kien it-tieni każ tat-tip tiegħu fl-istess jum, wara li fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu bendy-bus oħra ħadet in-nar fil-Marsa.