Ben Camille jsir missier

L-attur u preżentatur Malti Ben Camille u martu Christina Camilleri għadhom kemm saru ġenituri għall-ewwel darba ta’ tifla ċkejkna bl-isem ta’ Elle.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Ben Camille ħabbar bit-twelid ta’ bintu u spjega li kemm hi u kemm Christina jinsabu f’saħħithom.

Sostna li tul is-snin sema’ ħafna kummenti sbieħ dwar il-qwiebel li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, u issa li kellu l-opportunità li jiġi l-bżonn tagħhom jista’ jifhem dawn il-kummenti. Spjega li l-qwiebel jaħdmu b’dedikazzjoni kbira għal xogħolhom.

I didn’t think it was possible to know love like this ❤ … Everyone, please meet baby Elle! She’s happy & healthy,…

Posted by Ben Camille on Friday, December 14, 2018