Ben Arfa jiffirma ma’ Rennes sabiex itemm perjodu negattiv ma’ PSG

Rennes akkwistaw lill-eks midfielder ta’ Newcastle u Marseille Hatem Ben Arfa fuq transferiment bla ħlas. Il-plejer ta’ 31 sena qatta’ sentejn diffiċli ma’ Paris Saint Germain hekk kif naqas milli jilgħab minuta waħda matul l-istaġun 2017-18.

Il-midfielder kontroversjali, li ta’ spiss ġie kkritikat minħabba nuqqas ta’ dixxiplina, kien viċin li jerġa’ jingħaqad ma’ Nice iżda minflok għażel li jiffirma kuntratt ta’ sena ma’ Rennes. Dawn tal-aħħar spiċċaw fil-ħames post fl-istaġun li għadda u b’hekk ikkwalifikaw għal fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League.