Belt Spanjola tintroduċi l-latrini tal-klieb

Belt Spanjola introduċiet soluzzjoni oriġinali biex tonqos il-problema tal-ħmieġ tal-klieb fl-art.
F’El Vendrell, privinċa ta’ Tarragona f’Katalunja, Enric Girona ħoloq latrini pubbliċi apposta għall-klieb.
Minkejja l-invenzjoni oriġinali, iċ-ċittadini tal-Belt qed jinsistu li dan l-esperiment mhux jaħdem.
Xi sidien tal-klieb qed joġġezzjonaw din l-invenzjoni għax qalu li l-klieb mhumiex speċi robotika.
Qalu li l-klieb huma annimali li għandhom bżonn jissoċjalizzaw.
Kien hemm tmaqdir ukoll fuq il-materjal li ntuża – l-azzar – għax kieku kien ħaxix, il-klieb kienu jitħajru jużawh iktar.