Belt Niġerjana attakata minn ħamest ibniet

Skont sorsi Niġerjani, ħamest itfal bniet kienu wara s-sensiela ta’ splużjonijiet fatali li laqtu l-Belt ta’ Maiduguri l-Ħamis filgħaxija.
Erbatax-il persuna, fosthom il-bniet mietu fl-isplużjonijiet filwaqt li 39 persuna oħra qed isfori minn ġrieħi.
Fl-aħħar ħmistax, aktar minn 100 persuna tilfu ħajjithom fl-istess belt wara attakki simili.
Din hija l-istess belt fejn il-militanti tal-grupp fundametalista Iżlamiku Boko Haram kellu l-ewwel bażi tiegħu fl-2006.
Minn dak iż-żmien, tilfu ħajjithom madwar 17,000 persuna.
L-attakki żdiedu aktar wara l-elezzjoni ta’ Muhammadu Buhari bħala l-President Niġerjan f’Mejju li għadda. Huwa tela’ bl-għajta li se jikkontrolla u jirbaħ lill-Boko Haram.