Belt Awstraljana invażata bil-friefet il-lejl

Mijiet ta’ eluf ta’ friefet il-lejl invażaw il-belt ta’ Ingham fi Queensland fl-Awstralja. Issa r-residenti qed igorru b’din il-biċċa tax-xogħol.

Jingħad li n-numru ta’ friefet il-lejl qabżu sew in-numru ta’ residenti fil-belt u kien għalhekk li dawn, imxebba’ bil-ħlejjaq idiru fuq rashom, marru għand il-kunsill lokali biex jaraw x’jista’ jsir biex tittaffa din il-problema.

Ir-residenti jgħidu li l-annimali qed joħolqu kaos f’belthom minħabba r-riħa, il-ħmieġ tagħhom u l-ħsejjes li jagħmlu.

Il-kunsill qed isibha diffiċli biex jelimina l-problema, l-akbar raġuni hija li skont il-liġi ma jistgħux joqtluhom. U issa jridu jsibu mod kif jirnexxlhom ‘jipperswadu’ lill-friefet il-lejl biex imorru xi mkien ieħor wara li l-popolazzjoni tagħhom splodiet ’il fuq f’din l-aħħar sena.