Bella tiltaqa’ ma’ Angela

Sorelle jibda ġimgħa ġdida llum bis-16-il puntata mit-tieni staġun fejn se nsibu ruħna fil-bitħa tal-ħabs fejn niltaqgħu ma’ Brian ikellem lill-Warden… x’qalu u għaliex Brian mar ikellem lil Leo? Għaliex Leo ma ħax pjaċir meta qallu li Sully ried jarah?

Bella marret tiltaqa’ ma’ Angela… x’qaltilha dwar il-fatt li kienet taf li hi u s-sorelle kienu nvoluti fil-ħtief ta’ Leo? Kif kienet għinithom? Fejn kienet taf li kienu rabtuh huma?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa għal Rewind.

Din il-puntata jkollha repetizzjoni fuq TVM illejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am. Il-puntati kollha ta’ matul il-ġimgħa jkollhom repetizzjoni s-Sibt mill-11am il-quddiem fuq TVM2.