Bella għaliex trid tiltaqa’ ma’ Angela?

Sorelle

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle, Bella ċċempel lil Angela biex tmur tiltaqa’ magħha. X’riedet tgħidilha daqshekk urġenti? U Angela għaliex tinsab urtata ħafna għal Leo?

Xħin tiltaqa’ magħha x’se tkun l-ewwel ħaġa li tgħidilha?

Angela se tgħidilha xi ħaġa dwar l-inċident li kellhom Rose u Paul. Għaliex se tinħasad? Min se jċempel lil Maxine? Min se jmur iħabbat id-dar tagħha tard filgħaxija?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar fuq TVM fl-3.40pm b’repetizzjoni llejla fl-11.45pm u għada filgħodu fis-6.15am.

L-episodji kollha ta’ matul il-ġimgħa jixxandru s-Sibt filgħodu mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.