Bella biex se takkuża lil ommha?

Għaliex Maxine u Lorraine ma jaqblux mal-kawża tal-mewt ta’ Louisa. X’raġuni se jagħtu lil Jodi? Malcolm u Angela x’jaħsbu?

Janice u Bella se jitkellmu dwar dak li Leo ried jagħmel ma’ Maxine. Imma fil-verità Bella kienet taf jew inħasdet xħin semgħet l-istorja? Janice imma se takkuża lil ommha b’xi ħaġa. Imma xiex?

Dan u aktar issiru tafuh waqt is-70 puntata tas-sensiela Sorelle litixxandar illum il-Ġimgħa fuq TVM fil-ħin tat-3pm.

Din is-sensiela bi produzzjoni ta’ Rewind għandha kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber u r-ripetizzjoni tixxandar ukoll filgħaxija fil-11.25pm. Il-puntata tal-lum ikollha wkoll ripetizzjoni t-Tnejn fis-6.15am.

Min jippreferi jsegwi l-puntati ta’ ġimgħa sħiħa, dawn jixxandru fuq TVM2 nhar ta’ Sibt mill-11am ‘il quddiem.