Belair Property issa preżenti wkoll fiċ-Ċentru ta’ Malta

Belair Property kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala protagonista fl-industrija tal-proprjetà bil-ftuħ ta’ uffiċċju ġdid f'lokalità ċentrali: Vjal il-Labour, in-Naxxar. 
Immexxi mid-Direttur Jean Pierre Camilleri, bl-għajnuna tal-Manager Niki Casolani, l-uffiċċju ġdid jimmarka mument kruċjali fl-istorja ta’ aktar minn 40 sena ta’ Belair Property.
Il-preżenza tal-kumpanija fiċ-ċentru ta’ Malta se tippermetti lit-tim kollu esperjenza u entużjażmu fl-uffiċċju tan-Naxxar li mhux biss jopera fiż-żoni popolari u importanti tal-Gżira, San Ġiljan u l-Belt Valletta, iżda issa wkoll fil-partijiet ċentrali tal-gżejjer Maltin u anke lil hinn minn hekk. 
F'kumment dwar din id-deċiżjoni, id-Direttur Maniġerjali ta’ Belair Property, Ian Casolani ddeskriva dan il-pass bħala fażi deċiżiva oħra li tkompli ssaħħaħ il-qagħda tal-kumpanija fis-suq lokali tal-proprjetà.