Bejt imħaddar inaqqas il-bżonn ta’ air conditioner

Skont riċerka mill-Università ta’ Malta, il-bjut imħaddra jistgħu jbaxxu t-temperatura interna tal-bini fis-sajf u b’hekk jonqsu l-ispejjeż tal-konsum tal-elettriku.
Waqt taħdita fil-Fakultà tal-Ambjent Mibni, il-membri tal-proġett LifeMedGreenRoof tkellmu dwar il-benefiċċji tal-bjut imħaddra filwaqt li ddiskutew miżuri biex dawn il-bjut jiġu integrati fil-qasam tal-ippjanar u l-ambjent mibni.
Il-membri tal-proġett fasslu dokument li tqassam lil għadd ta’ Membri Parlamentari u kapijiet tad-dipartimenti.
Dan hekk kif il-Kummissjoni Ewropea talbet biex sal-2030, il-pajjiżi Ewropej inaqqsu t-tniġġis tal-arja b’40%.
Preżenti kien hemm id-Dekan tal-Fakultà l-Professur Alex Torpiano, l-Arkitetti Antoine Gatt u Vince Moris, kif ukoll għadd ta’ Ministri u Membri mill-Oppożizzjoni.
Il-proġett huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-fondi tal-LIFE+. Għal iktar informazzjoni tista’ żżur is-sit.
Ritratt: Marvin Sultana