Bejn illum u għada se tittella’ n-National Dinghy Championship

Ir-Royal Malta Yacht Club flimkien mal-Malta Sailing Federation se jkunu qed jospitaw in-National Dinghy Championships fi tmiem din il-ġimgħa.

Il-Kampjonati, li se jsiru llum u għada, se jsiru fir-Royal Malta Yacht Club u t-tlielaq mistennijali jsiru fil-Port ta’ Marsamxett u barra x-xatt ta’ tas-Sliema.

Ir-Reġistrazzjoni tista’ ssir online fuq www.rmyc.org. Ir-Reġistrazzjoni jew check-in fil-post se ssir dalgħodu fir-Royal Malta Yacht Club bejn it-08:30am u l-10:30am.  

It-tlielaq mistennija li llum jibdew fil-11:30am u għada mistennija jibdew fl-10: 30am.

L-avveniment se jingħalaq b’ċerimonja tal-Għotja tal-Premijiet li issir immedjatament wara tmiem it-tlielaq tal-Ħadd fir-Royal Malta Yacht Club stess. Aktar informazzjoni tista’ tiksibha minn hawn.