Bejgħ sptarijiet: Mhux se tinfetaħ inkjesta

Read in English.

Il-Qorti Kriminali ppreseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti ddeċidiet li ma ssirx Inkjesta Maġisterjali fuq it-trasferiment tat-tliet sptarijiet tal-Gvern lil Vitals Global Healthcare. Dan wara li l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit kienet aċċettat it-talba.

AQRA: Talba għal inkjesta f’Scicluna, Cardona, u Mizzi dwar il-VGH

L-Imħallef Grixti qal li ġie innutat żball proċedurali mill-Maġistrat Stafrace Zammit meta interpretat ħażin il-liġi dwar il-livell ta’ provi meħtieġa biex tibda l-inkjesta. Huwa qal li l-Maġistrat kienet ibbażat id-deċiżjoni tagħha fuq informazzjoni mressqa minn Repubblika li, min-naħa tagħha, kienet ibbażat il-provi fuq “ġabra ta’ opinjonijiet ta’ ġurnalisti u bloggers”.

Il-każ kien infetaħ mill-għaqda Repubblika f’applikazzjoni twila 150 paġna li fiha qalu li l-Ministri Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi taw vantaġġ skorrett u sproporzjonat lill-azzjonisti ta’ kumpanija privata biex imexxu l-isptarijiet pubbliċi f’Malta u f’Għawdex.

AQRA: Talba għal inkjesta f’Scicluna, Cardona, u Mizzi dwar il-VGH

Il-ministri argumentaw li l-allegazzjonijiet kienu spekulattivi u magħmula b’intenzjoni ħażina minn individwi motivati ​​politikament.

Scicluna jirreaġixxi

B’reazzjoni, il-Ministru ghall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-QOrti kkonfermat li kienet se ssir ħsara kemm lilu u anke lil Malta minn grupp li jasal għal kollox. Il-Ministru Scicluna ddeskriva din l-esperjenza bħala waħda tal-biża’ filwaqt li qal li jinsab kuntent li s-sewwa rebaħ fuq il-ħażen.