Bejgħ ċittadinanza: Maġistrat tibgħat avukat quddiem il-Kamra tal-Avukati

Enquête exclusive

Read in English.

Maġistrat irreferiet l-aġir tal-avukat Jean Philippe Chetucti li jaħdem ma’ Chetcuti Cauchi Advocates għand il-Kamra tal-Avukati. Reċentament il-kumpanija tilfet il-liċenzja tagħha biex tbigħ iċ-ċittadinanza Maltija wara li ġurnalisti Franċiżi żvelaw li l-avukati ta’ din id-ditta qalu li kienu jafu sew lil għadd ta’ persuni fil-Gvern inkluż il-Prim Ministru.

Il-Maġistrat għamlet dan f’digriet li tat wara li l-għaqda Repubblika tablet biex tinfetaħ inkjesta maġisterjali dwar il-każ. Il-Maġistrat qalet li jidher li Jean Philippe Chetucti huwa direttur ta’ żewġ kumpaniji bi ksur tal-kodiċi tal-etika tal-avukati. Il-Maġistrat ma qalitx eżatt liema regola nkisret.

Il-kodiċi tgħid li:

Avukat ma jistax, la ghal rasu u lanqas ma’ haddiehor, jiehu sehem fi jew jikkontrolla negozju li jkun joffri dawn is-servizzi:-

a) li jaġixxi ta’ avukat quddiem qorti, tribunal jew f’inkjesta;

b) li jaghmilha ta’ ezekutur;

c) li jabbozza kuntratti dif ukoll memoranda jew statuti ta’ assocjazzjoni ta’ kumpanija;

d) li jifformula testment;

e) li jaghti pariri legali;

f) li jabbozza kull dokument legali iehor barra minn dawk diġà msemmija;

g) li jaghti servizz li l-ligi tassenja lill-avukati jew li tradizzjonalment isir mill-avukati.

Jean Philippe Chetucti huwa direttur u sieħeb f’Chetcuti Cauchi Advisors Ltd. U Chetcuti Cauchi Consulting Ltd.

Aġenti taċ-ċittadinanza Maltija jiftaħru b’rabtiet mal-Gvern

Il-President tal-Kamra tal-Avukati huwa Louis De Gabriele.

Il-Maġistrat għaqdha ma qalitx jekk hux se tordna li tibda inkjesta maġisterjali dwar il-każ li fetħet Repubblika.