Beijing: Ħmistax ċans biex iħott id-dar

Fiċ-Ċina, l-awtoritajiet ta’ Beijing taw ħmistax ċans lil raġel biex iħott struttura llegali enormi li bena fuq blokka t’appartamenti. Din tinkludi blat artifiċjali u serra.

Is-sid huwa Zhang Biging li għamel xorti bħala agupunturist. Jgħid li hu raġel tajjeb u offra kura li bosta ġirien.

Huwa qed jiddefendi bil-qawwa kollha dak li ħoloq fuq medda ta’ 800 metru kwadru fis-26 sular tal-blokka.

Huwa qal li lest ineħħi s-serra u d-dwieli. Imma jrid li l-awtoritajiet iħalluh iżomm il-blat falz, li qal jgħin biex iżomm il-bini insulat. Qal li ilu jżid mal-binja mill-2008 u l-awtoritajiet setgħu tkellmu qabel.

Iżda l-ġirien ilhom jilmentaw dwar l-istruttura mill-2007, minħabba l-istorbju tal-bini kontinwu u l-ilma nieżel mis-soqfa.