Beijing f’emerġenza wara żieda qawwija ta’ każi tal-coronavirus

Uffiċjal għad-distrett ta’ Beijing qal is-Sibt li d-distrett jinsab f’emerġenza daqs li kieku jinsab fi gwerra wara li kien hemm żieda tal-każi tal-coronavirus b’rabta ma’ suq ta’ bejgħ bil-grossa.

F’konferenza tal-aħbarijiet rrapurtata minn Reuters, l-uffiċjal qal li wara li saru 517-il swab test, instabu total ta’ 45 persuna pożittiva li kienu fis-suq ta’ Xifandi. Beijing se tkun qed twaqqaf l-avvenimenti sportivi kollha u t-turiżmu bejn il-provinċji immedjatament.

Il-kelliem qal li s-sitt persuni li nstabu pożittivi għall-coronavirus il-Ġimgħa kienu żaru s-suq ta’ Xifandi.