Begovic jispjega dak li qed iħoss waqt li qiegħed magħluq f’daru

Il-gowler ta’ Milan Asmir Begovic spjega kif qed iħossu waqt li qed jgħix f’belt li saret qisha deżert minħabba l-epidemija tal-coronavirus. Hu qal li jispera li l-futbol jista’ jreġġa’ lura l-ferħ lin-nies.

Begovic wasal Milan f’Jannar biex jieħu post Pepe Reina bħala t-tieni gowler wara Gianluigi Donnarumma. Hu spjega kif ħajtu tul dan l-aħħar xahar ġewwa Milan tbiddlet ta’ taħt fuq.

Hu spjega kif spiċċa f’lock-down totali u t-toroq saru deżert. L-unika postijiet li għadhom qed jiffunzjonaw huma s-supermarkets. Qal li kulma tista’ tagħmel hu li tmur tixtri xi ftit ikel u daqsekk, ikollok tmur lura ġewwa darek. Stqarr li Milan hija belt kbira. Qal li n-nies qalu li qisu spiċċaw f’xi xena ta’ xi film. Spjega kif qatt ma kien għadu ra sitwazzjoni bħal din f’ħajtu u li mhux żgur kulħadd qed jifhem f’liema sitwazzjoni qegħdin fiha.

Qal li meta kien qed jara li plejers oħra minn klabbs differenti kienu qed jittieħdu bil-vajrus ħassu qed itih xi ħamr il-lejl. Stqarr li jispera biss li kollox imur lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.