Beda l-proċess ta’ fejqan fil-kriżi dwar l-abbużi sesswali

Pope spoke on the Vatican Summit on Child Protection in the Church

Papa Franġisku ammetta li mhux il-vittmi kollha tal-abbużi sesswali mill-kleru huma sodisfatti bir-riżultat  tal-laqgħa li saret fil-Vatikan fi Frar li għadda dwar il-Protezzjoni tal-Minuri fil-Knisja.

“Lil dawn nifhimhom għax kultant wieħed ifittex biss riżultati konkreti tal-mument. Kieku għallaqt 100 qassis li abbużaw fi Pjazza San Pietru dak kien ikun riżultat konkret u l-media kienet tagħtini spazju”, qal Papa Franġisku lil ġurnalista ta’ stazzjoni televiżiv Spanjol li ntervistaħ fuq l-ajruplan lura mill-Marokk.

Proċess ta’ fejqan

“Iżda l-interess tiegħi mhux li ningħata spazju fil-media imma li nibda proċess ta fejqan. Ir-riżultati konkreti ta’ dak is-summit kien li nbeda proċess li jieħu ż-żmien imma hi l-unika triq jekk irridu li l-kura tkun irriversibbli”, sostna Papa Franġisku.

Il-Papa qabbel il-kriżi tal-abbużi mill-kleru ma’ meta l-Ispanjoli rebħu l-Amerika u sostna li l-istorja wieħed irid jifhimha skont kif interpretata f’dawk iż-żminijiet.  Fakkar li qabel l-isplużjoni ta’ l-iSkandli ta’ Boston fl-2002 kienu jaħsbu li l-aħjar ħaġa kienet li jaħbuhom biex ikun evitat il-ħażen fil-futur. “Iżda meta taħbi, l-iżball jikber u meta jibdew jinkixfu l-affarijiet dawn ma jikbru”.

Il-Qdusija Tiegħu tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni fil-Venezuela u qal li s-Santa Sede ppruvat tagħmel medjazzjoni iżda din “falliet”.

Kriżi fil-Venezuela

Qal li ma riedx jiġġudika lill-atturi differenti f’din il-kriżi u fuq il-falliment tad-djalogu u svela li wara li kien falla tentattiv fl-2016, kien hemm tentattivi oħra, aktar diskreti li għenu xi ftit fis-sitwazzjoni.

Illum il-Venezuela tinsab fi kriżi, bil-President Maduro ggranfat mal-poter filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Juan Guaido ħa l-ġurament bħala President tal-Assemblea Nazzjonali skont il-kostituzzjoni tal-pajjiż.

Mitlub l-opinjoi dwar Maduro li ltaqa’ miegħu darbtejn, il-Papa Franġisku qal li hu diffiċli tagħti opinjoni fuq xi ħadd li miegħu tkellem biss għal ftit minuti, imma ddeskrivih bħala persuna konvinta minn dak li qed jagħmel u nsista li hu ltaqa’ miegħu qabel is-sitwazzjoni fil-pajjiż iggravat kif inhi llum.

Mistoqsi dwar il-President Amerikan Donald Trump, il-Papa qal li ltaqa’ miegħu f’laqgħa dominata mill-protokol u l-burokrazija imma jqisu bħala “bniedem li għandu proġett u pjan”. Hu qal li jixtieq jieħu kafè ma’ Maduro u Trump flimkien.