Beda jiġġieled u rreżista lill-Pulizija f’San Ġiljan

Raġel li jaħdem f’lukanda nstab ħati li beda jiġġieled f’San Ġiljan fejn irreżista wkoll uffiċjali tal-Pulizija.

Fil-Qorti nstema’ kif Ismail Ahmed Ali mis-Somalja attakka jew rreżista bi vjolenza lil uffiċjali pubbliċi. Ġie akkużat ukoll li weġġa’ jew hedded lill-istess uffiċjali u li ma obdiex l-ordnijiet tagħhom.

Il-Qorti sabitu ħati u ordnat sentenza ta’ tmien xhur priġunerija sospiżi għal sena. L-akkużat ġie ordnat ukoll iħallas multa ta’ €4,000 fi żmien tliet snin.